Infurmawhom li l-vaganzi tagħhom tħassru

Loading the player...

Duration = 02:29

Download This YouTube Video

Right click on button and chose "Save Link As" option

Low Definition WebM (medium)   Low Definition MP4 (medium)   Low Definition 3GP (small)   Very Low Definition 3GP (small)  

Related Videos

Description

Il-Pulizija ghaddejja b'investigazzjoni u qed izzomm persuna biex tghinha fl-istharrig taghha dwar mizappropjazzjoni ta' flus wara li ghexieren ta' persuni ghamlu rapport li fl-ahhar jiem ircivew sms li nfurmahom li vaganzi li kienu bbukkjaw mal-kumpanija tal-ivjaggar Fantasy Tours thassru. Jidher li dan sehh minhabba li l-kumpanija taghha Golden Travel Club Limited giet dikjarata falluta. Uhud minn dawn il-persuni kellhom vaganzi li jibdew minn din il-gimgha stess waqt li ohrajn fix-xhur li gejjin. Persuni li kitbu fuq Facebook qalu li kellhom anke tours ibbukkjati b'valur ta' madwar 1,500 ewro r-ras. Meta dawn il-persuni ppruvaw jikkuntattjaw lill-kumpanija ma wiegeb hadd waqt li dawk li marru fl-ufficini tal-kumpanija sabuhom maghluqin. Jidher li l-kumpanija hassret titjira chartered ghal nhar il-Gimgha kif ukoll mill-inqas hames titjiriet ohra. Fuq Facebook inholqot ukoll pagna bl-isem Gustizzja ghal dawk migdumin mill-'Fantasy Tours' bil-hsieb ewlieni li dawk li kellhom vaganza mhallsa mal-'Fantasy Tours' jinghaqdu flimkien u jqabbdu avukat wiehed f'isimhom sabiex ikun jista' jiggieled ghad-drittijiet taghhom. Evidenti fil-kummenti ta' din il-pagna d-dizappunt ta' dawn il-persuni li wara xhur igemmghu ghall-vaganza tal-holm taghhom, spiccaw tilfu dak kollu li hadmu ghalih. Ohrajn kitbu li waqt tours ma' dan l-agent tal-ivvjaggjar fl-ahhar xhur lanqas biss kellhom tour leader. Il-kumpanija m'ghamlet l-ebda avviz dwar dan, anzi fuq is-sit taghha ricentement kitbet li ghaddej process ta' ristrutturar u li tinsab taht management gdid. U fl-ahhar jiem fuq il-media kienu sahanistra qed jigu reklamati tours tal-istess kumpanija ghax-xhur li gejjin. Apparti li l-kumpanija sa din il-gimgha stess kienet qed taccetta bookings godda u sahansitra organizzat laqghat ghal dawk li kienu se jsiefru fil-jiem li gejjin b'informazzjoni dwar il-vaganza taghhom. Diversi Maltin li jinsabu fuq vaganza f'Corfu mal-istess kumpanija gew zgurati li titjira tal-Air Malta se twassalhom lura Malta l-Gimgha. L-Awtorita' Maltija tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA, kienet harget diversi twissijiet dwar din il-kumpanija bl-iktar wahda ricenti kien l-avviz li hareg f'Novembru li ghadda, u li kien iwissi li l-kumpanija qed toffri servizz mhux sodisfacenti. Dan wara li m'onoratx 12-il decizjoni tat-Tribunal tal-Konsumatur. Fl-2008, id-Direttorat tal-Ilmenti u Konciljazzjoni rcieva 150 ilment kontra Fantasy Tours u Golden Club Limited.
We did not host any video. For any complaint please contact YouTube. Also read the Terms of Service. Especially C section in point 6.